نبذة مختصرة : Ġwanni Battista de Lezana, Teologu, Kanonista, u Storiku Karmelitan famuż minn Spanja, twieled f'Madrid fit-23 ta' Novembru 1586. Ta' erbatax-il sena, fl-1600, kif jistqarr huwa stess, ħa l-libsa Karmelitana ġewwa l-kunvent ta' La Alberca, u pprofessa sentejn wara fit-13 ta' Diċembru 1602 ġewwa l-istess kunvent ta' Madrid. Ħuh il-kbir, Andres, li kien għaxar snin ikbar minnu, kien ukoll Karmelitan. Matul l-ewwel snin tiegħu fl-Ordni Karmelitan, studja l-Filosofija u t-Teoloġija fl-ibliet ta' Valladolid, Toledo, u Salamanca. Ma nafux eżattament meta kien ordnat saċerdot. Li nafu, iżda, li Lezana beda jgħallem ta' età żgħira ġewwa l-bliet ta' Toledo u Madrid waqt li kien għadu qed jistudja hu stess. Fil-fatt, miil-1610, meta kien għadu qed jirriċerka u jistudja biex jikseb iddottorat, sal-1623, narawh jgħallem it-Teoloġija ġewwa l-Universilfl prestiġjuża ta' Alcala, fatt li jixhed waħdu l-moħħ brillanti ta' dan il-ħassieb Karmelitan. ; non peer-reviewed
No Comments.