نبذة مختصرة : Il-Vanġelu nifhmuh aħjar jekk inkunu nafu għal min kiteb San Mark. Dan il-Vanġelu nkiteb għal dawk l-Insara li ma kinux ġejjin mill-ġudajiżmu, jiġifieri għal dawk li ma kinux ta’ nisel Lhudi. Għalhekk insibu ftit riferimenti għall-profeziji tal-Antik Testment; it-tradizzjonijiet Lhud iridu jiġu mfissra, l-Aramajk tradott; tingħata importanza għas-sinifikat tal-Vanġelu għall-pagani. Il-Vanġelu huwa miktub mhux tant fl-ambjent tal-Art Imqaddsa, imma f ’ambjent u f ’kuntest li huwa lingwistikament u kulturalment differenti; jiġi miktub għad-dinja u għall- Knisja Latino-Ellenistika. San Mark jieħu għalhekk ħsieb jippreżenta l-misteru tas-salib lill-komunità nisranija ġejja mill-paganiżmu. Il-komunità nisranija hija mmexxija biex tagħraf aktar lil Ġesù Kristu, u dan b’mod partikulari fil-mixja warajh fir-realtà tas-salib, fil-kuntest konkret ta’ persekuzzjoni. Fis-Salib tal-Imgħallem, huma mistiedna jagħrfu l-Iben ta’ Alla u l-opra tiegħu. U ta’ dan, huma wkoll isiru xhud u missjunarji tal-Bxara t-Tajba, bħalma sar ir-raġel meħlus mill-ispirti l-ħżiena, fir-reġjun tad-Dekapoli, kif rajna fil-ħarġa li għaddiet. ; non peer-reviewed
No Comments.