نبذة مختصرة : Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FM ; Il-mistieden fil-programm ‘Mill-Arkivji’ tal-14 ta’ Jannar 2024 huwa s-Sur Mark Caruana li jinsab l-Awstralja. Imwieled f’Tas-Sliema izda f’Jannar tal-1973 emigra lejn Sydney l-Awstralja fejn għadu jgħix hemm sal-lum. Mark Caruana ħadem f’diversi libreriji. Kien impjegat ukoll bħala uffiċjal tal-benesseri tal-migranti mad-Dipartiment tal-Immigrazzjoni u l-Affarijiet Etniċi, jassisti lill-migranti u lir-refuġjati b’informazzjoni u pariri (1976-84), u bħala uffiċjal tad-distrett (multikulturali) mad-Dipartiment tas-Servizzi tal-Komunità bħala ħaddiem għall-protezzjoni tat-tfal. Wara ħadem mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni Skolastika ta' NSW bħala uffiċjal ta' kollegament fil-komunità bil-għan li jħeġġeġ lill-istudenti jkomplu l-edukazzjoni avvanzata. Mill-1992 huwa kien uffiċjal tal-komunità reġjonali (multikulturali). Caruana ppubblika diversi papers dwar l-istorja orali tal-emigranti fl-Awstralja. Mark Caruana ħa jkellimna dwar ir-riċerka u studju li għamel minn fuq l-applikazzjonijiet tal-passaporti li jinsabu fl-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta (Ara https://www.facebook.com/media/set/?set=a.1066028543426058&type=3) X'wassal li beda jirriċerka fuq il-passaporti? X'faxxinu sab fuq id-dokumentazzjoni tal-passaporti? Caruana jitkellem fejn kienet l-akbar domanda tas-safar u fejn kienet l-ewwel emigrazzjoni fl-Afrika ta’ Fuq u wara lejn il-pajjiżi kolonjali - Kanada, l-Istati Uniti tal-Amerika, Awstralja u Ingilterra. Kien hemm talba wkoll għall-pajjiżi fl-Amerika t'Isfel (Arġentina/Brażil) li kienu pajjiżi Latini f'dak li ried Nerik Mizzi u kellek ukoll anke lejn New Zealand. Mark Caruana ġabar database estensiva mill-applikazzjonijiet tal-passaporti. Għandu statistika interessanti mhux biss tal-persuni u d-destinazzjoni tagħhom, iżda wkoll il-professjoni tagħhom. X'qed jagħmel b'din ir-riċerka fuq il-passaporti? ; N/A
No Comments.